Jibqgħu l-istess l-ispejjeż tax-xogħol fis-siegħa

L-ispejjeż tax-xogħol fis-siegħa f’Malta fl-2016 baqgħu l-istess meta mqabbla ma’ dawk tas-sena ta’ qabel.
Dan hekk kif skont rapport maħruġ mill-Eurostat, fl-2015 u fl-2016, l-ispejjeż tax-xogħol fis-siegħa kienu ta’ €13.20, filwaqt li fl-2014, fl-2012, fl-2008 u fl-2004, l-ispejjeż kienet jammontaw għal €12.8, €11.8, €11.4 u €9.6 rispettivament.
L-inqas spejjeż tax-xogħol fis-siegħa kienu rreġistrati fil-Bulgarija (€4.4), fir-Rumanija (€5.5) u fil-Litwanja (€7.3) filwaqt li l-ogħla spejjeż ġew irreġistrati fid-Danimarka (€42), fil-Belġju (€39.2) u fl-Iżvezja (€38).
L-ispejjeż tax-xogħol ikopru l-pagi u s-salarji, kif ukoll spejjeż oħra li mhumiex relatati mal-pagi, fosthom il-kontribuzzjonijiet soċjali.