L-istudenti tal-Università se jibqgħu bla riżultati

Il-Gvern reġa’ ppostpona laqgħa dwar azzjoni industrijali tal-Unjin tal-Għalliema.
L-istudenti se jibqgħu bla riżultati sakemm il-Gvern jagħżel data oħra biex jiltaqa’ mal-entitajiet relevanti.
Il-ftehim kollettiv kien li sal-31 ta’ Lulju jintbagħtu r-riżultati għall-pubblikazzjoni, iżda r-riżultati qed jinżammu milli jiġu ppublikati bħala parti mill-azzjoni industrijali.
Minħabba dawn id-direttivi tal-Unjin tal-Għalliema u l-Assoċjazzjoni tal-Istaff Akkademiku tal-Università ta’ Malta, l-istudenti se jkollhom inqas ħin jistudjaw f’każ li jkollhom resit u biex japplikaw għar-reviżjoni tal-karti tal-eżami.
S’issa, ilmentaw kważi 700 student fuq is-sit tal-Kunsill tal-Istudenti Universitarji.