Każ tal-Imnieħru: Jibqgħu arrestati għax ma ħallsux

Il-Qorti ma laqgħetx it-talba għal libertà proviżorja u li tnaqqas il-garanzija personali taż-żewġt irġiel akkużati li qatlu lil Mario Camilleri u lill-ibnu Mario is-sena li għaddiet.
Jason Galea ta’ 39 sena minn Birżebbuġa u George Galea ta’ 41 sena minn San Ġiljan kienu ingħataw il-libertà proviżorja fuq depożitu ta' €30,000 u b’garanzija personali ta’ €30,000 kull wieħed. Huma m’inħelsux mill-arrest għaliex għadhom ma ħallsux.