Jibqgħu aktar voti x’jinġabru mill-2008

6,523 dokument tal-vot ma nġabrux minn Evans building biex b’hekk dawn saru ineleġibbli li jivvutaw nhar is-Sibt.

Fl-aħħar elezzjoni ġenerali ma kienux inġabru 5,866 dokument.

Bħalissa għaddejja l-votazzjoni fl-isptarijiet Mater Dei, Monte Carmeli, Karin Grech, San Vinċenz De Paule u l-isptar Ġenerali t’Għawdex.

Dan qed iseħħ għall-ewwel darba, wara emendi fil-liġi.