Jibqgħu 7 il-każijiet attivi

Miguela Xuereb

Illum ma ġie rreġistrat l-ebda każ ġdid u l-ebda fejqan ieħor mill-coronavirus. Tul il-jum tal-Ġimgħa saru 742 Swab Test. B’hekk it-total ta’ każijiet attivi f’Malta huwa ta’ 7 kif ġie mħabbar ilbieraħ meta fiequ żewġ persuni oħra.

Dan ġie ppubblikat fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Ministeru għas-Saħħa fejn ta’ kuljum qed tiġi ppubblikata l-istatistika dwar il-każijiet ta’ coronavirus f’Malta.