Jibqgħu 5 l-każi attivi fil-pajjiż

swabbing center

Baqgħu ħamsa l-każi tal-coronavirus attivi fil-pajjiż, dan hekk kif matul il-jum tal-bieraħ la nstabu każi pożittivi u lanqas kien hemm persuni li fiqu.

L-infografika tal-jum mill-Ministeru għas-Saħħa tispjega kif matul il-jum tal-bieraħ saru 456 swab test. B’kollox fil-pajjiż s’issa saru total ta’ 107,622 swab test.

OFFICIAL COVID-19 figures for 13•07•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate | Covid19 Malta

Posted by saħħa on Monday, July 13, 2020

L-ewwel każ tal-coronavirus f’Malta feġġ fis-7 ta’ Marzu. B’kollox instabu total ta’ 674 każi pożittivi s’issa. Minnhom fiqu 660 u mietu disa’.

Il-Ministeru appella sabiex kull min għandu mistoqsijiet dwar is-sintomi jew jixtieq jagħmel appuntament għal swab test iċempel fuq in-numru 111.