Jibqa’ jinterrogaw lill-eks uffiċjal tas-sigurtà ta’ Macron

REUTERS/Gonzalo Fuentes/File Photo

L-eks uffiċjal tas-sigurtà tal-President Franċiż Emmanuel Macron se jkompli jiġi interrogat mis-senaturi hekk kif ikompli s-smiegħ tal-każ tiegħu illum. Alexandre Benalla ta’ 26 sena qiegħed taħt investigazzjoni kriminali wara li nqabad fuq filmat jagħti xeba’ lill-attivist fl-Ewwel ta’ Mejju. Macron keċċa lil Benalla wara li spiċċa kritikat bil-qawwa minħabba dan l-iskandlu.

Benalla se jkun qed jixhed quddiem il-kumitat investigattiv u aċċetta biss li jixhed wara li sar jaf li kien qed jirriskja sentejn ħabs u multa ta’ €7,500.