Jibqa’ dieħel ġ’arblu: Iweġġa’ gravi

Żagħżugħ ta’ 22 sena miż-Żurrieq kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħal Tarxien.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10pm xħin il-vettura misjuqa miż-żagħżugħ baqgħet dieħla ġo arblu fi Triq tal-Barrani.
Iż-żagħżugħ ittieħed malajr l-isptar fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.