Jibqa’ dieħel fid-dwal tat-traffiku fil-Furjana

Raġel ittieħed l-isptar wara li baqa’ dieħel bil-vettura tiegħu fid-dwal tat-traffiku tul il-lejl.

Fis-1.10am tal-lejl li għadda, raġel ta’ 28 sena mill-Ħamrun tilef kontroll tal-vettura tiegħu u daħal ġod-dwal tat-traffiku li jinsabu fi Triq Sant’Anna fil-Furjana.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħaditu l-Isptar Mater Dei. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.