Jibqa’ dieħel f’arblu tad-dawl u l-karozza tieħu n-nar

Ħadd ma weġġa’ f’inċident li seħħ fi Triq is-Sebħ f’Ħal Qormi ftit wara s-sitta ta' filgħaxija.

Jirriżulta li s-sewwieq tilef il-kontroll tal-karozza li kien qed isuq u baqa’ dieħel f’arblu tad-dawl, bil-konsegwenza li l-karozza ħadet in-nar.

In-nar kien ikkontrollat mill-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Ritratt: Ian Pace