Aġġornata: Ġrieħi ħfief wara li baqa’ dieħel f’ħajt b’vann tat-tagħbija

Raġel ta’ 35 sena ttieħed Mater Dei fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu, wara li baqa’ dieħel f’ħajt bil-vann tat-tagħbija li kien qed isuq.
Kelliema għall-Pulizija qalet lil Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fi Triq Birkirkara f’San Ġiljan għall-ħabta tas-1.45am, xħin ir-raġel mill-Ħamrun baqa’ dieħel f’faċċata ta’ blokka ta’ flettijiet.
Fuq il-post issejħet ambulanza, u membri tal-Protezzjoni Ċivili.
Il-kelliema aktar tard ikkonfermat li s-sewwieq ġarrab biss ġrieħi ħfief, iżda l-impatt mal-ħajt kien tali mod li dan ixxaqqaq u saritlu ħsara, u l-vettura ġarrbet ħsarat estensivi.