Jibqa’ dieħel f’Bieb il-Bombi

Raġel ta’ 66 sena mill-Belt baqa’ dieħel bil-vettura tiegħu f’Bieb il-Bombi, u għal xi ħin Triq Nazzjonali kellha tingħalaq.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2pm, xħin il-karozza li kienet għall-Furjana baqgħet dieħla fil-Bieb.
Kelliem għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li għalkemm ġiet ambulanza fuq il-post, ix-xufier ma riedx imur l-isptar għax ma kellu xejn.
It-triq infetħet mill-ġdid.
Il-Pulizija qalet li għalkemm il-vettura ġarrbet ħsarat estensivi, jidher li l-bieb sotriku ma ġratlux daqstant ħsara.
Minkejja dan, xorta ġie infurmat is-Supretindent tal-Wirt Kulturali, kif ukoll perit, biex jinvestigaw.
Ritratt: Arkivji