Jibqa’ dieħel apposta bil-karozza fuq l-eks sieħba tiegħu

Jirriżulta li l-ħabta li kien hemm it-Tlieta waranofsinhar fit-Telgħa ta’ Kordin f’Raħal Ġdid kienet intenzjonata. Il-pulizija qed iżżomm taħt arrest lil Jesmond Pulis minn Ħaż-Żabbar wara li wieġeb mhux ħati li fil-ħabta weġġa’ tliet persuni oħra.

Skont ma ntqal fil-qorti, Pulis saq apposta għal aktar minn darba fuq il-karozza tal-eks sieħba tiegħu. Dak il-ħin riekeb fil-karozza tal-mara kien hemm raġel ieħor. Konsegwenza tal-aġir ta’ Pulis, intlaqtet ukoll karozza tat-taxi.  

Jesmond Pulis kien akkużat ukoll li apparti li weġġa’ tliet persuni, saq bi traskuraġni u b’veloċità qawwija. Jidher ukoll li Pulis saq karozza meta ma kellux il-permess.