Jibqa’ arrestat iż-żagħżugħ li nqabad bil-kannabis fl-ajruport

Dwana

Żagħżugħ qed jinżamm arrestat wara li nstab fil-pussess ta’ 3.5 kilogrammi kannabis.

In-Niġerjan ta’ 21 sena nqabad mill-uffiċjali tad-Dwana fl-ajruport mal-wasla tiegħu f’Malta minn Ruma lbieraħ.

Huwa ma talabx għall-ħelsien mill-arrest, u għaldaqstant, qed jinżamm arrestat.

Il-każ se jkompli jinstema’ fis-7 ta’ Jannar.