Jibqa’ arrestat ir-raġel li nstab b’kilo eroina

Ir-raġel li l-Erbgħa li għadda instab fil-pussess ta’ kilo eroina ma ngħatax il-libertà proviżorja.

Fil-Qorti llum l-akkużat ċaħad l-akkużi miġjuba kontrieħ, fosthom ta’ pussess aggrevat. Ir-raġel ta’ 42 mis-Siġġiewi instab mill-pulizija fil-pussess tad-droga wara tfittxija fir-razzett tiegħu.

Hu ġie akkużat ukoll li kien fil-pussess tad-droga kannabis filwaqt li huwa ukoll reċediv. Intqal li s-sejba kienet possibbli permezz tal-klieb tal-pulizija. Il-Qorti ordnat li jiġu friżati l-assi tal-akkużat.