Jibqa’ arrestat ir-raġel li nqabad bil-kannabis u l-eroina

Il-Mosti ta’ 35 sena deher quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke dalgħodu, u ma ngħatax ħelsien mill-arrest, minkejja li xehed mhux ħati.

Huwa nqabad b’kilo u nofs kannabis, b’xi eroina, u b’armi fuqu. L-ammont ta’ kannabis issuġġerixxa li ma kinitx għall-użu personali tiegħu, u kien biżżejjed għal 7000 joint, skont il-prosekuzzjoni.

Il-prosekuzzjoni spjegat li l-akkużat inqabad wara li xi ħadd ta ħjiel lill-Pulizija. Huma segwewh u rawh jitfa’ basket xi mkien, li wara nstab li kien fih id-drogi. Żewġ snieter bla liċenzja nstabu fid-dar tiegħu, u ieħor fil-karozza. Tnejn mis-snieter kellhom l-istess kodiċi.

L-assi kollha tal-akkużat ittieħdu mill-Qorti peress li qiegħed jiġi akkużat bi traffikar tad-droga.