Jibagħtulha pakkett b’600 gramma kannabis mill-Amerka

Mara ġiet arrestata llum wara li l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga u l-Uffiċjali tad-Dwana sabu li pakkett indirizzat lilha kien fih 600 gramma kannabis.

Il-mara li għandha 29 sena u toqgħod is-Swieqi qed tinżamm taħt arrest sabiex tgħin lill-Pulizija fl-investigazzjonijiet.

Mhux eskluż li titressaq il-Qorti għada filgħodu quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud. Hi qed tiġi akkużata bl-assoċjazzjoni fl-importazzjoni, il-pusses u t-traffikar tal-istess droga tul l-aħħar xhur.