Jibdew strajks mill-ekwipaġġ tar-Ryanair fil-Portugall u Spanja

Read in English.

Ekwipaġġ tar-Ryanair ġewwa l-Portugall bdew azzjoni industrijali tard l-Erbgħa filgħaxija fl-istess ħin li l-ekwipaġġ tal-istess kumpanija ġewwa Spanja ħabbar strajk ta’ 10 ijiem.

Azzjoni industrijali separata ġewwa l-Irlanda ġiet imwaqqfa mill-Qorti, madanakollu Ryanair tilef każ simili fl-Ingilterra ftit tal-ġimgħat ilu. Riżultat ta’ dan l-azzjoni industrijal fl-Ingilterra ġiet approvata u ġew konfermati d-dati.

Il-kumpanija tal-ajru Ewropea qed tipprova tevita l-kaos fl-ivjaġġar li sofriet is-sena l-oħra meta l-ekwipaġġ tagħha wettaq diversi strajks matul is-sajf. Minn dakinhar l’hawn Ryanair bdiet tirrikonoxxi t-trade unions għall-ewwel darba, madanakollu għad ma rnexxiliex tilħaq qbil ma’ gruppi ta’ wħud mill-ħaddiema tagħha f’kull pajjiż li għandha bażi fih.

Tard l-Erbgħa filgħaxija l-ekwipaġġ fil-Portugal ħabbar strajk ta’ ħamest ijiem kawża ta’ kunflitt industrijali minħabba nuqqas ta’ qbil fuq il-pagi u l-kundizzjonijiet.