Jibdew l-ispot checks fuq dawk kwarantina

"Naħdmu bħala tim wieħed biex ngħaddu minn dan il-perjodu diffiċli kemm jista’ jkun malajr" - Camilleri.

Il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri qal fl-aħħar sigħat bdew l-ispot checks fuq dawk li għandhom ikunu kwarantina.

F’kumment fuq facebook, Camilleri stqarr:”Irridu nassiguraw li kulħadd isegwi d-direzzjonijiet li joħroġ il-Gvern.”

Hu radd ħajr lit-taqsima tal-Pulizija tal-ALE li qed taħdem dan ix-xogħol, flimkien ma’ ħaddiema mill-ispettorat tas-saħħa pubblika u fejn hemm bżonn anke bl-għajnuna tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

“Dan hu l-mod kif naħdmu bħala tim wieħed biex ngħaddu minn dan il-perjodu diffiċli kemm jista’ jkun malajr,” temm jgħid il-Ministru.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn