Jibdew l-ewwel trattamenti tal-IVF f’Mater Dei

Qed jibda jingħata s-servizz tal-IVF f’faċilitajiet ġodda fl-isptar Mater Dei.
Dawn il-faċilitajiet saru wara li kisbu l-liċenzja skont l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni, il-protokoll tal-Awtorità u d-direttivi Ewropej.
Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, Chris Fearne qal li hu stmat li sal-aħħar tas-sena bejn 150 u 200 koppja se jkunu bbenefikaw mis-servizz tal-IVF.
Qal li l-ewwel grupp huwa magħmul minn 30 koppja. Fearne qal li matul dawn l-aħħar xhur, infermiera u councillors ingħataw it-taħriġ dwar l-infertilità mill-British Infertility Counselling Association.
L-IVF f’Malta huwa miftuħ għal nisa bejn il-25 sena u l-42 sena.
Skont prattiċi stabbiliti nisa li għandhom aktar minn 40 sena jistgħu jagħmlu żewġ ċikli tal-IVF filwaqt li dawk li huma iżgħar fl-età se jingħataw l-opportunità li jagħmlu l-IVF tliet darbiet.