Jibdew l-auditions għal Amici

Ritratt: Mediaset

Għada t-Tlieta 25 ta’ Ġunju, u l-Erbgħa 26 ta’ Ġunju se jibdew l-auditions għall-edizzjoni li jmiss ta’ Amici li tmexxi Maria De Filippi.

Fil-jumejn li ġejjin se jsiru l-auditions f’Ruma biex jintgħażlu żeffiena. Dawn se jsiru fil-preżenza tal-korjografu Giuliano Peparini.

L-auditions imbagħad se jkomplu fit-2 ta’ Lulju, dejjem f’Ruma, fejn din id-darba se jkunu l-auditions għall-kantanti fil-preżenza ta’ Alessandra Amoroso.

L-applikazzjonijiet għandhom miftuħin għal dawk kollha interessati, inkluż artisti Maltin.

newsbook.com.mt diġà jaf b’xi Maltin li se jkunu qed jagħmlu xi auditions iżda nirrispettaw il-privatezza tagħhom li għalissa għadu kmieni li wieħed joħroġ b’xi aħbar għax wara kollox auditions huma auditions!

Nawguraw lil dawk kollha li applikaw diġa u anki lil dawk li forsi qed jitħajru jibgħatu l-applikazzjoni tagħhom fl-aħħar minuta.