Jibdew l-attivitajiet marbuta maż-żjara tal-kwadru tal-Madonna ta’ Pompei

Bħalissa hawn f’pajjiżna l-kwadru tal-Madonna ta’ Pompei u mil-lum sad-29 ta’ Settembru li ġej qed tinżamm Missjoni Marjana.

Fost l-attivitajiet li se jsiru f’Malta u Għawdex hemm quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu li dalgħodu se titmexxa mill-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech, se jsiru żjarat f’parroċċi u fir-residenza San Vinċenz de Paule, u pellegrinaġġ f’Marsaxlokk.

Il-missjoni tagħlaq b’quddiesa mill-Isqof Awżilarju Charles J. Scicluna.  Il-kwadru tal-Madonna ta’ Pompei nġieb Malta fl-okkażjoni tal-50 anniversarju minn mindu beda jsir il-pellegrinaġġ tal-Madonna ta’ Pompei f’Marsaxlokk.