Jibdew l-arresti f’sitt rejds f’Molenbeek fil-Belġju

Bdew l-arresti fil-kwartier Molenbeek fil-Belġju hekk kif il-Pulizija bdiet sitt rejds f’din il-naħa tal-kapitali ta’ Brussell, li fiha jgħixu komunitajiet Għarab.
Mill-inqas tnejn mit-terroristi identifikati, kienu ġejjin minn din iż-żona.
Is-sindku nsista li din il-parti tal-belt mhix bejta għall-ġiħadisti, hekk kif eluf niżlu fil-pjazza jixgħelu xemgħa, ipoġġu fjuri u bnadar biex ifakkru l-vittmi.
Fosthom kien hemm Mohammed Abeslam, ħu Salah li għadu maħrub, u Ibrahim li sploda lilu nnifsu waħdu waqt l-attakki tal-Ġimgħa.