Jibdew l-aħħar irtokki fuq il-junction tal-Kappara

Il-kuntrattur tal-Proġett tal-Kappara beda l-aħħar irtokki biex il-proġett ikun lest minn kollox sal-aħħar tas-sena.
Bħalissa qed jingħataw l-aħħar żewġ saffi t’asfalt, qed jiġu installati sound barriers u s-sinjali tat-traffiku.
Fl-aħħar jiem tlesta wkoll ix-xogħol fuq il-bankini u l-underpasses filwaqt li l-karreġġjati għar-roti ġew iffurmati.
Minkejja x-xogħlijiet, it-traffiku qed jibqa’ għaddej fuq żewġ karreġġjati f’kull direzzjoni waqt ir-rush hours.
Is-sound barriers se jgħinu biex il-ħsejjes tal-karozzi ma jinstemgħux barra mill-pont u għalhekk jitnaqqas l-impatt tal-proġett fuq ir-residenti fl-inħawi.
Sa l-aħħar tas-sena, se jinfetħu l-karreġġjati lejn Paceville San Ġwann u l-Gżira
Is-sewwieqa huma mħeġġa biex sakemm hemm ix-xogħlijiet jevitaw iż-żona, isegwu s-sinjali u jsuqu bil-galbu.