Jibdew l-aħħar għaxar episodji ta’ Ħbieb u Għedewwa

Mil-lum it-Tnejn jibda joqrob il-finali tas-sensiela Ħbieb u Għedewwa. Jonqos biss għaxar episodji saklemm naslu sal-finali ta’ din is-sensiela. L-aħħar episodju mistenni jixxandar il-Ġimgħa 14 ta’ wwissu b’repetizzjoni t-Tnejn fl-10.15, dejjem fuq Melita More, Cable Channel 315.

Fl-episodju tal-lum it-Tnejn, Karl jirrakkonta lil Valentina għaliex kien ħalla Malta ħesrem u telaq lejn l-Italja. Min kienu ommu u missieru u Berloni kif daħal fl-istorja?

Valentina tmur tiltaqa’ ma’ Max. X’ried jgħidilha? U Valentina x’deċiżjoni se tieħu?

Ħbieb u Għedewwa tixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.45pm b’repetizzjoni l-għada fl-10.15am. Is-sensiela għandha ktiba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind