Jibdew korsijiet bi tħejjija għall-irtirar għal dawk ta’ 55+

Dawk li għandhom ‘il fuq minn 55 sena u li dalwaqt se jkunu qed jirtiraw għax-xogħol għandhom iċ-ċans li jibdew jattendu korsijiet apposta biex jippreparawhom għall-ħajja tal-irtirar.
Fuq Twitter, is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Justyne Caruana qalet li llum se tkun qed tniedi l-ewwel kors fil-Qawra Leap Centre.  Illum se jiġu diskussi l-opportunitajiet għal wara l-irtirar.
Il-korsijiet se jsiru fil-5.30pm bil-għan li dawk imħajra li jattendu jibqgħu sejrin wara x-xogħol.
Dan il-programm qed jiġi organizzat mit-Taqsima tal-Anzjanità Attiva fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari.
Il-kors tal-lum se jkun segwit minn ħames sessjonijiet oħra li se jitrattaw il-prevenzju u l-kura, l-aspetti legali tal-anzjanità, il-pensjoni kontributorja, il-benefiċċji soċjali għall-anzjani, kif ukoll il-Politika Strateġika Nazzjonali.