Jibdew jinstemaw ix-xhieda fil-każ tal-‘gang rape’ fl-Indja

Fl-Indja beda jinstema l-każ tal-gangrape u l-mewt ta’ studenta ta’ 23 sena.

Huma ħamsa l-irġiel li jinsabu akkużati, lkoll kemm huma wieġbu li mhux ħatja. Jekk jinsabu ħatja, jistgħu anke jeħlu s-sentenza tal-mewt.

Illum mistenni jibdew jinstemaw ix-xhieda, li jammontaw għal madwar 80.

Il-prosekuzzjoni qalet li barra x-xhieda, għandha wkoll testijiet forensiċi u kopji ta’ telefonati.