Jibdew jinkixfu s-sigrieti

Ritratt: GLOBAL TELIF HAKLARI YAPIMCILIK TIC. A.S. / Uffiċju stampa Mediaset

Is-sensiela DayDreamer li bdiet tixxandar ilbieraħ fuq Canale 5 jidher li ntlaqgħet tajjeb mhxu biss mit-Taljani, iżda wkoll mill-Maltin li bdew isegwu din il-produzzjoni Torka.

Fl-episodju tal-lum il-Ħamis, li jixxandar fit-2.45pm naraw kif wara l-gala kbir li jkun sar f’għeluq l-40 sena tal-kumpanija, Metin, l-avukat tal-kumpanija, jiżvela ma’ Can il-vera raġuni li missieru kien jinsab assenti.

Għada l-Ġimgħa 12 ta’ Ġunju Jacinto u Marcelina jiddeċiedu li jippruvaw jiżfnu t-tango. Carmen tagħmel paċi ma’ Ramon e tiżvela ma’ Fabiana li saret tħobbu.

L-episodju li jkun imiss ta’ din is-soap opera Torka se jkun qed jixxandar fuq Canale 5 nhar it-Tnejn 15 ta’ Ġunju.