Filmat: Joseph Ellis jirbaħ l-elezzjoni fuq it-13-il distrett

Aġġornat 03:48 PM

Read in English.

Joseph Ellis jirbaħ l-elezzjoni fuq it-13-il distrett

Posted by Newsbook.com.mt on Thursday, November 5, 2020

Joseph Ellis rebaħ l-elezzjoni każwali fuq it-13-il distrett, wara li qabeż il-kwota. B’hekk hu se jieħu s-siġġu parlamentari mbattal mill-mibki Frederick Azzopardi.

Fl-ewwel kummenti tiegħu lill-ġurnalisti, Ellis qal li jħossu onorat u li lest li jaħdem qatigħ għall-gżira Għawdxija li tant hi għal qalbu. Huwa sellem il-memorja ta’ Frederick Azzopardi u qal li jittama li jirnexxilu jwettaq xogħol siewi daqsu.

elezzjoni każwali 13-il distrett
Miguela Xuereb

Il-kwota kienet ta’ 1,793 vot, li fl-ewwel u fit-tieni għadd kienet għadha ma ntlaħqitx.

L-għadd tal-voti beda fit-8.30am fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar.

Il-kandidati li kkontestaw f’din l-elezzjoni huma Ryan Cefai Mercieca, Maria Portelli, Ċensu Galea, Joseph Ellis, u Jason Zammit.

Fl-elezzjoni tal-2017, Cefai Mercieca ġab 738 vot fl-ewwel għadd, Portelli 403 voti, Ellis 339 vot, Zammit 309 voti, Galea 97 vot u Polidano 96 vot.

Il-kandidatura ta’ Cefai Mercieca kienet waħda kontroversjali billi l-Partit Nazzjonalista ddiżassoċja ruħu minn mal-kandidat, minħabba każ ta’ libell li tilef xi snin ilu fuq akkużi li żamm xi flus li ma kinux tiegħu.