Jibdew jinfetħu xi faċilitajiet sportivi

DOI - Clifton Fenech

Read in English.

Bdew jinfetħu xi faċilitajiet sportivi ta’ Sportmalta.

Fi stqarrija s-Segretarjat Parlamentari għall-Isport qal li mil-lum reġgħu nfetħu uffiċjalment il-bibien tal-faċilitajiet sportivi outdoor ta’ SportMalta għall-atleti. Dan wara li ilhom magħluqin għall-aħħar xahrejn minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

It-taħriġ tal-atleti jista’ jsir fi gruppi ta’ sitta u jista’ jkun magħmul minn ħames atleti u kowċ jew grupp ta’ sitt atleti. In-numru totali ta’ persuni permessi fil-post għandu jammonta għal mhux aktar minn persuna waħda għal kull 20 metru kwadru ta’ spazju ta’ taħriġ.

Intqal li l-atleti għandhom ikunu mbegħdin minimu ta’ tliet metri għall-isport kollu, ħlief għal xi ftit eċċezzjonijiet fejn id-distanza minima hija ta’ żewġ metri.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn