Jinfetħu l-kaxxi ta’ dawk li vvutaw qabel

Għall-ħabta tal-10:45 beda l-proċess tal-ftuħ tal-kaxxi biex il-voti jitpoġġew rashom l-isfel. Dawn il-kaxxi kienu diġa’ preżenti fis-sala tal-għadd tal-voti fin-Naxxar. Dan għax dawn l-istess kaxxi huma dawk tal-votazzjoni tal-ġimgħa li għaddiet għal dawk li kienu msiefrin kif ukoll ta’ dawk li vvutaw il-bieraħ fl-isptarijiet.

Ma’ dawn hemm ukoll kaxxi oħra li jinkludu l-voti tal-AECs u dawk involuti fl-għadd tal-voti. Malli wasslu, il-voti tpoġġew ħamsin ħamsin.

Ritratti: Daniel Balzan