Jibdew jinbiegħu l-biljetti għal Tomorrowland

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=viKtrBOFtKg]

Hekk kif bdew jinbiegħu l-biljetti għal Tomorrowland f’Malta, diġà nħatfu numru ta’ biljetti.

Tomorrowland, se jsir is-Sibt 29 ta’ Lulju fil-Marsa Sports Grounds, fejn artisti internazzjonali u lokali se joffru mużika live fuq il-Unite Stage, li fih 35 metru.
Dakinhar Malta tingħaqad mal-Korea ta’ Isfel, il-Ġermanja, it-Tajwan, il-Libanu, Dubaj, Spanja u Iżrael. Dawn it-tmien pajjiżi mit-truf kollha tad-dinja se jingħaqdu flimkien biex kulħadd igawdi l-festival mużikali fl-istess ħin.
Permezz ta’ link bis-satellita, dawk li jkunu għall-attività f’Malta jingħaqdu wkoll mal-Belġju biex jesperjenzaw tliet DJ sets ta’ Tomorrowland. Barra minn hekk se jagħtu wirja ta’ logħob tan-nar sinkronizzat mad-dawl.
L-attività se tibda fis-2pm u tibqa’ għaddejja sas-2am.
Tista’ tixtri l-biljetti minn hawn. Wieħed jista’ jibgħat imejl ukoll fuq info@ariapeople.com. 
Għal aktar informazzjoni idħol hawn