Read in English.
Dokument ġdid tal-Liċenzja tal-Bennejja ġie ntrodott mill-Aġenzija tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) fl-1 ta’ Jannar, flimkien ma proċeduri ta’ tiġdid.
Il-liċenzji ġodda se jkunu validi għal perjodu massimu ta’ 3 snin. It-tiġdid se jsir matul is-sena kollha, skont il-kunjom tad-detenturi tal-liċenzja.
kunjomijiet jibdew bl-ittra: | xahar tat-tiġdid |
A, B | Jannar |
C, D | Frar |
E, F | Marzu |
G, H | April |
I, J, K | Mejju |
L, M | Ġunju |
N, O | Lulju |
P, Q | Awwissu |
R, S, T | Settembru |
U, V | Ottubru |
W, X | Novembru |
Y, Z | Diċembru |
Bennejja se jirċievu avviż ta’ tiġdid li jispeċifika l-ammont dovut – inkluż kwalunkwe arretrati – u huma mitluba biex ma jippruvawx iġeddu l-liċenzja tagħhom qabel jasal dan l-avviż.
Il-bennejja li ħallsu l-liċenzja għas-sena 2020 ser ikollhom liċenzja valida sa kemm tasal l-opportunità biex iġedduha.
Ghal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jikkuntattja lill-BCA fuq +356 2095 5555 jew billi jibgħat email fuq info@bca.org.mt.