Toroq ħdejn il-Villa Rumana se jingħalqu għal xi ħin

Transport Malta ħabbret li xi toroq ħdejn il-Villa Rumana se jingħalqu għal xi ħin waqt ix-xogħlijiet estensivi li bdew isiru mil-lum.
Ix-xogħol se jsir f’fażijiet matul il-ġurnata u mistenni jkun lest sat-tieni ġimgħa t’Awwissu.
Ix-xogħlijiet se jsiru mit-triq li tinsab kantuniera mal-bank saċ-ċimiterju tar-Rabat, u jinkludu wkoll il-pjazza ta’ quddiem il-Villa Rumana.
Biex jitnaqqas l-inkonvenjent għall-pubbliku, it-triq se tkun aċċessibbli kemm jista’ jkun imma f’xi mumenti u ħinijiet matul il-ġurnata, ix-xogħol jirrikjedi li ċertu partijiet jingħalqu għat-traffiku.
TM ħeġġet lis-sewwieqa biex jgħaddu minn  toroq alternattivi u jsegwu l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali fuq il-post.
Ritratt: MPT