Jibdew il-laqgħat tal-Kardinali bi tħejjija għall-konklavi

Għada se jibdew il-laqgħat tal-Kardinali bi tħejjija għall-konklavi li għandhom iwasslu għall-ħatra ta’ Papa ġdid. Il-Kelliem għas-Santa Sede, Patri Federico Lombardi, qal li dawn il-laqgħat se jibdew għada filgħodu fid-9.30 fis-Sala tal-Isqfijiet. It-tieni Kongregazzjoni Ġenerali hija skedata għal 5 ta’ filgħaxija fl-istess post.

Il-kardinali li mistennija jeleġu l-Papa l-ġdid għadhom qegħdin jaslu Ruma. Xi uħud minnhom mistennija jkomplu jaslu t-Tnejn u t-Tlieta. Dan jista’ jwassal għal dewmien fl-iskeda.

Intant, illum kien l-ewwel Ħadd mingħajr it-talba tal-Anġelus. Patri Federico Lombardi spjega kif bħalissa se jkun hemm fażi ta’ silenzju u probabbilment anke l-Ħadd li ġej se jkun hemm dan is-silenzju.