Jibdew il-kontroversji bejn Adrian Delia u Bernard Grech

Read in English.

Minkejja li għadu jrid isir il-proċess ta’ due diligence fuq Adrian Delia u Bernard Grech qabel tiskatta l-kampanja għal kap tal-Partit Nazzjonalista, diġà bdew bil-botti u risposti.

F’intervista ma’ Times of Malta, Bernard Grech li fil-passat kien jissapportja lil Delia, qal li l-partit tfarrak aktar taħt it-tmexxija ta’ Delia. Żied jgħid li hu kien lest li joffri l-unità li l-membri tal-Partit Nazzjonalista jixtiequ jaraw.

Min-naħa tiegħu, Delia, li tilef żewġ voti ta’ fiduċja – wieħed fil-Grupp Parlamentari u ieħor fil-kumitat eżekuttiv tal-partit – irreaġixxa għall-kummenti ta’ Grech u qal li kien qed jaraha stramba li Grech kien lest jibda l-kampanja tiegħu fuq nota kritika u negattiva.

Grech u Delia se jkunu qed jikkontestaw għall-irwol tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista kontra xulxin wara li l-kunsill ġenerali tal-PN ivvota biex ikun hemm elezzjoni għal Kap.

Grech qal lill-ġurnal lokali li jekk jirbaħ hu, kien se jħalli l-bieb miftuħ għal Delia biex ikollu rwol li jgħaqqad fi ħdan il-partit. Hu rrimarka li Delia kellu ħafna opportunitajiet biex jgħaqqad il-partit u żied li Delia u t-tim tiegħu għamlu “l-agħar” ħaġa billi ħallew il-mentalità tal-assedju tikber.

Min-naħa l-oħra, Delia attakka l-eks Prim Ministru u Kap tal-PN Lawrence Gonzi billi qal: “Stramba kif Bernard Grech beda l-kampanja tiegħu b’nota daqshekk kritika u negattiva. Forsi minħabba l-konsulenti tiegħu minn qabel l-2013 li ma jafux mod ieħor.”

Delia qal li filwaqt li hu u Grech it-tnejn riedu l-unità, dawk li bierku lil Grech ma jridux hekk. Hu sostna li dawk li qed jappoġġjaw lil Grech riedu “jkeċċu mexxej elett b’mod demokratiku li huma ma jikkontrollawx.”

Delia qal li hu ta dak kollu li hu u li għandu lill-PN. “Il-karriera tiegħi, il-passjoni tiegħi, ħajti. Qalbi u ruħi.”

Strange why Bernard Grech starts his campaign on such a negative critical note. Maybe it’s his advisors from pre-2013…

Posted by Adrian Delia on Friday, August 14, 2020