Jibdew iħossu n-nuqqas tal-ġenituri

Il-ħames episodju mill-ewwel staġun tas-sensiela Vittmi se jixxandar illejla fl-10pm fuq l-istazzjon Net. Din hi l-aħħar produzzjoni li kien kiteb Lino Grech u oriġinarjament kienet ixxandret f’April tal-2015.

It-tfal issa qed iħossu n-nuqqas tal-ġenituri u qed ikunu imdejqa, mixtiqin li jridu lill-ġenituri tagħhom d-dar. Norman (Frederick Camilleri) ikompli jistaqsi lil Ernest (Daniel Borg Carbott) aktar mistoqsijiet dwar dak li għaddew minnu l-familja, ħalli jkun jista’ jniżżel aktar noti.

Emma (Sarah Camilleri) xi tkun qed tagħmel ġo bar u ma’ min tiltaqa’? Għaliex tidħol id-dar irrabjata u teħodha kontra missierha (Godwin Scerri)?

Marisa (Adriana DeCarlo) x’tirrakkonta lil Aldo (Fabian Scerri DeCarlo ) waqt il-ħin tax-xogħol? U Kathy, Nina u Ġorġ għaliex qed jaħsbu li Aldo u Emma qed jagħmlulhom ċajta?

Il-Boss ta’ Aldo iwissieh biex jibża’ għal Fiona (Solange Casha), is-segretarja.

Intant, għaliex il-prinċipal tal-iskola tibgħat għall-ġenituri ta’ Nicole  (MariaEmma Buhagiar) u Patrick (Kyle Scerri DeCarlo)?

Vittmi għandu mużika oriġinali  ta’ Frederick Camilleri b’arranġamenti ta’ Augusto Cardinali.