Jibda xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-mina ta’ San Ġiljan

Kawża tal-ħsarat li ġarrbet il-mina ta’ San Ġiljan kif, Transport Malta ħabbret li minnufih se jibdew xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq l-istess mina.
Ix-xogħol se jibda llejla bejn id-9pm u l-5am u mistenni jibqa’ għaddej matul l-iljieli kif meħtieġ.
Transport Malta qalet li fejn hu possibbli, it-traffiku direzzjoni lejn Paceville se jgħaddi minn karreġġata waħda imma għal raġunijiet ta’ sigurtà jista’ jkun meħtieġ li l-mina tingħalaq kompletament għat-traffiku.
Fi stqarrija Transport Malta appellat lis-sewwieqa sabiex isibu isibu toroq alternattivi u biex dejjem isuqu b’attenzjoni speċjalment fejn għaddejjin ix-xogħlijiet fit-toroq.