Jibda x-xogħol fuq l-interconnector bejn Malta u Sqallija

Bħala parti mill-pjani sabiex ikun imsaħħaħ in-netwerk ta’ tqassim tal-interconnector bejn Malta u Sqallija, il-Korporazzjoni Enemalta se tkun qiegħda twettaq xogħlijiet mar-roundabout tal-Kappara nhar it-Tnejn li ġej mid-9 ta’ filgħodu sat-Tlieta sal-11 ta’ filgħaxija.

Il-Korporazzjoni Enemalta qiegħda tavża li t-triq se tibqa’ miftuħa imma s-sewwieqa għandhom isuqu b’attenzjoni.