​Jibda x-xogħol fuq il-proġett tal-Karnival

Il-Minisru Owen Bonnici qal li x-xogħol tal-proġett tal-Karnival beda billi ngħataw żewġ tenders għat-tħaffir u għat-twaqqigħ tal-bini eżistenti. 
Waqt il-preżentazzjoni ta’ premjijiet lill-parteċipanti tal-Karnival ta’ din is-sena spjega li issa jmiss li jiġi ppubblikat it-tender għall-bini tas-sit.
Qal li l-proġett se jagħti spinta qawwija biex il-Karnival isir ukoll attrazzjoni turistika.