Jibda x-xogħol fi Triq Ħal Far

MTIP

Beda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid ta’ Triq Ħal Far, bejn iż-Żejtun u Ħal Far, b’investiment ta’ €1 miljun, kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea.

Il-proġett jindirizza rotta ta’ 2.7 kilometri fil-kampanja, li tintuża minn ħafna bdiewa li jaħdmu l-għelieqi f’dawn l-inħawi, kif ukoll mir-residenti taż-Żurrieq bħala triq sekondarja.

Il-Ministeru għall-Infrastruttura ħabbar fi stqarrija li l-proġett jinkludi it-tibdil u t-tisħiħ tas-servizzi tad-distribuzzjoni tal-ilma, elettriku u telekomunikazzjoni li għaddejjin taħt il-livell tat-triq. Żied jgħid li l-proġett qiegħed isir f’żewġ fażijiet minn żewġ kuntratturi fl-istess ħin, sabiex jitlesta fl-inqas żmien possibbli u jillimita l-inkonvenjent.