Jibda t-tindif wara tifun f’Hong Kong

REUTERS/Erik De Castro

Fil-hub finanzjarju ta’ Hong Kong bdiet titnaddaf il-ħerba li ħalla warajh l-iktar tifun qawwi f’dawn l-aħħar snin, filwaqt li s-swieq tal-finanzi reġgħu rritornaw għan-normal.

It-tifun Manghut, b’forza t’irjiħat t’urugan, mexa b’forza liema bħala minn fuq it-tramuntana tal-Filippini u ħalla minn tal-anqas ħamsin persuna mejta. Dan wara tela lejn Hong Kong u lejn l-hub tal-logħob tal-flus ta’ Macu, qabel ma waqaf fiċ-Ċina.

Partijiet minn Hong Kong u Macau sfaw mgħarrqa. Madanakollu jidher li ħadd ma miet.