Jibda l-proċess ta’ konsultazzjoni dwar l-irziezet f’San Niklaw

Madwar 100 tifel u tifla li qed jattendu Skolasajf kellhom l-opportunità jżuru razzett fir-Rabat biex jaraw l-operat ta’ kif jitkabbru l-baqar u jsegwu wkoll il-mod kif isir il-proċess tal-ħalib.
It-tfal kienu ġejjin mil-lokalitajiet tas-Siġġiewi u l-Qrendi.
Waqt din iż-żjara s-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Roderick Galdes qal li l-proġett ta’ San Niklaw huwa maħsub li jilqa’ fih madwar seba’ rziezet oħra u mhux 17, hekk kif kien fil-bidu tal-pjan.
Qal li dan l-ammont għadu mhux wieħed definit peress li għadhom qed isiru xi taħdidiet ma’ dawk ikkonċernati. 

Ritratti: DOI – Jeremy Wonnacott