Jibda l-proċess ta’ ingaġġ tal-volontiera mal-Protezzjoni Ċivili

Id-dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili beda proċess ta’ ingaġġ għal voluntiera. Il-persuna magħżula imbagħad jintużaw għall-attivitajiet tal-massa u meta jkun hemm emerġenzi kbar.

Il-Ministru għas-Sigurta’ Nazzjonali Michael Farrugia qal li fil-ġimgħat li ġejjin dan il-proċess ser jkun konkluż biex tibda t-taħriġ.

Meta kien qed iwieġeb għal mistoqsija parlamentari tad-deputat Godfrey Farrugia qal i bħalissa hemm 155 pumpiera. Voluntiera hemm reġistrati 60 biss huma madwar 45 li huma attivi u jitħarġu b’mod regolari.