Jibda l-Pontifikat b’talb f’Santa Maria Maggore

Il-Papa Franġisku beda l-Pontifikat tiegħu bi żjara fil-Bażilika prinċipali ta’ Ruma iddedikata lill-Verġni Maria – Santa Maria Maggore.

Il-Kardinal Jorge Bergoglio, il-Papa mill-Arġentina daħal fil-Bażilika minn bieb fil-ġenb u ħareġ madwar 30 minuta wara.

Fil-jiem li ġejjin huwa mistenni jiltaqa’ personalment mal-Papa Emeritu Benedittu XVI. Wara l-ħatra tiegħu huma tkellmu flimkien permezz tat-telefon. Il-Papa Emeritu bħalissa jinsab Castel Gandolfo.

L-ewwel Papa Ġiżwita mill-Amerka Latina huwa magħruf għall-umilta’ tiegħu.