Jibda l-istaġun tal-għasir tal-inbid

Ritratti: Arkivji

Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja Clint Camilleri qal li din is-sena l-produzzjoni tal-għeneb mistennija tkun aħjar minn dik tas-snin li għaddew.  Camilleri ħabbar dan f’konferenza stampa hekk kif beda l-istaġun tal-ħsad tal-għeneb.  Madwar 90% tal-għeneb mistenni jingħasar f’inbid.

Fis-snin li għaddew, skond is-Segretarju Parlamentari, ir-riħ u n-nixfa wasslu għal tnaqqis fil-produzzjoni tal-għeneb.

Camilleri saħaq li se jkompli jagħti importanza lill-edukazzjoni tal-publiku dwar il-kwalità tal-inbejjed prodotti f’pajjiżna. Huwa semma l-kampanja dwar l-inbejjed li qegħda tiffoka fuq x’ifisser is-siġill DOK Malta, DOK Gozo u IGT Maltese Islands.