Jibda l-inkwiet għall-familja Sammut

Mil-lum fit-3pm fuq TVM tasal lura s-sensiela Issa Naraw li oriġinarjament kienet ixxandret fl-1996. Maħsuba minn Lino Farrugia bil-kitba ta’ David Pace, Frederick Camilleri u Lino Grech.

Fl-ewwel episodju se  naraw il-familja Sammut għaddejja bis-soltu argumenti u sitwazzjonijiet fejn it-tfal joġġezzjonaw għall-attitudni tal-missier li jrid aktar dixxiplina.

Iżda kollox jinbidel meta jċempel it-telefon. Huwa n-nannu Lino li jispjega li ma jiflaħx. Tiġi wkoll iz-zija Marthese biex ma tħallix il-familja ta’ ħuha weħidha.

L-inkwiet jibda mal-wasla ta’ nannu Lino, li huwa ferm aktar modern miż-żgħażagħ fil-familja.

Jieħdu sehem Michael Sciortino, Concita Amato, Colin Azzopardi, Roberta Leprè, Lino Grech u Anna Cachia.

Jidhru wkoll Manwel Cassar, Ġorġ Micallef, John Suda, Mary Rose Mallia, Mary Rose Bonello, Mary Grech, Mario Micallef, Lillian Pace, Joe Quattromani, Joe Bartolo, Sandro Micallef, Vanessa Magro, Abigail Mallia, Catherine Zammit, Maria Vella, Josephine Fuller Cole, Maryann Muscat, Anna Dalli, Jess Camilleri fost oħrajn.