Jibda l-ġuri dwar traffikar ta’ 20 kilo droga

Malti u Libjan bdew għaddejjin ġuri wara li sitt snin ilu nqabbdu jdaħħlu f’Malta madwar 20 kilo droga raża tal-kannabis permezz ta’ speedboat.
Il-każ seħħ f’Lulju 2010 meta Malti u żewġ Libjani kienu nqabdu mill-pulizija ftit wara li waslu fix-Xemxija.
Il-Prosekuzzjoni qalet li d-droga kellha purità ta’ 9.2% u valur ta’ €124,400.
Spjegat li l-Libjan daħal f’Malta illegalment wara li għamel arranġamenti minn qabel mal-irġiel biex jiġbor id-droga mix-Xemxija.
Huma qed ikunu akkużati li daħlu 19.4 kilogramma reżina tal-kannabis, li importaw id-droga,li kienu fil-pussess aggravat ta’ kannabis f’ammonti li ma kinux għall-użu personali tagħhom.
It-tielet raġel li mhux għaddej ġuri kien ingħata l-ħelsien mill-arrest fl-2012, wara li għamel 22 xahar ħabs f’arrest preventiv.
Jidher li l-Libjan kien ħarab lejn il-Libja.