Jibda l-festival tal-barri fi Spanja; protesti f’Pamplona

Protesters take part in a demonstration against bullfighting before the start of the San Fermin festival in Pamplona, Spain, July 5, 2018. REUTERS/Vincent West

Attivisti għad-drittijiet tal-annimali organizzaw protesta lbieraħ f’Pamplona. Huma libsu maskli u għamlu banners favur l-annimali.

Iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ San Fermin huma popolari mat-turisti minn madwar id-dinja li jmorru sabiex jaraw il-barrin jiġru wara n-nies fit-toroq ta’ Pamplona. Imbagħad filgħaxija jkun hemm il-ġlied mal-barrin fl-arena.

Il-protestanti żammew il-banners bil-kliem “Stop bull fights” u “Fiestas without blood” waqt il-protesta organizzata mill-AnimaNaturalis u PETA.

Is-sindku tal-lokal, Joseba Asiron qal li ma jistax jimmaġina l-festival mingħarj il-barrin, imma qal li l-ġlied mal-barrin jaf ikollu jieqaf fil-futur.