Jibda l-briju tal-Karnival

Facebook - Carnival - National Event in Valletta, Floriana. Malta

Illum bdew il-ħamest ijiem tal-Karnival li fihom il-kbar kif ukoll iż-żgħar jiċċelebraw dan il-jum fil-Belt Valletta u  fi rħula oħra madwar Malta u Għawdex.

Il-Karinival iġib miegħu ħafna kuluri, kostumi u ferħ. Ħafna huma dawk li jagħmlu xhur sħaħ jippreparaw iż-żfin u l-karrijiet għal dan iż-żmien tas-sena.

Matul il-ġurnata tas-Sibt se jkun hemm il-Karnival tat-tfal bejn id-9.30am u 11.45am. Fi Pjazza San Ġorġ se jieħdu sehem it-tfal mal-kumpaniji taż-żfin, kif ukoll diversi karrijiet tal-Karnival fosthom ir-Re tal-Karnival. Waranofsinhar se jkun hemm ukoll id-defilè tal-Karnival fi Triq ir-Repubblika.